Il-MIDI kitbet lill-Kunsill Lokali tal-Gżira u qaltlu li qajjmet il-kwistjoni tal-aċċess għal Manoel Island mal-Gvern.
F’ittra permezz tal-avukati, tal-MIDI akkużaw lill-Kunsill Lokali li mhux qed ikun responsabbli u li m’hemmx sforz ġenwin biex tinstab soluzzjoni komuni.
“F’dawn il-laqgħat il-kumpanija se tesplora (mingħajr preġudizzju) l-possibbiltà li toffri xi konċessjonijiet,” intqal fl-ittra li fiha l-kumpanija ddefendiet il-pożizzjoni tagħha li żżomm il-post magħluq sakemm jitlesta’ x-xogħol. Il-MIDI qalet li fiċ-ċirkostanzi l-Kunsill Lokali qed ikun imħeġġeġ biex ma jkunx hemm l-attività maħsuba għas-Sibt f’Manoel Island fejn qed tkun irreklamata Clean UP.
Il-MIDI kienet qed tirreaġixxi għall-ittra tas-Sindku Conrad Borg Manche lbieraħ.
“Il-kunsilliera unanimament iddeċidew li formalment jitolbu aċċess għall-forshore at terminu ta’ Artiklu 15 tal-kuntratt tal-konċessjoni, kif riprodott hawn taħt. Ġie deċiż ukoll li il-kumpanija li inti tirrapreżenta tagħtina risposta sa mhux aktar tard minn għada l-Ġimgha 16 ta’ Settembru, sal-16:00 u jiġi indikat minn fejn se jingħata dan l-aċċess; u li jittieħdu il-prekawzjonijiet kollha meħtieġa, sabiex għall-ġid komuni, nevitaw azzjonijiet ulterjuri,” qal is-Sindku.