“L-Armata hija familja oħra. Il-midalja batejt għaliha. Din tfakkarni fis-servizz li tajt lil Malta għal dawn l-aħħar 30 sena”.
Dan kien kliem ta’ membri tal-Armata għar-rikonoxximent li rċevew għal servizz twil u effiċjenti.
34 suldat ingħataw midalja bħala rikonoxximent għas-sehem u s-servizz li taw tul il-karriera tagħhom. Il-midalja ngħatat lil dawn il-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta li taw servizz ta’ 18, 25 u 30 sena rispettivament.