Aktar tard illum, il-mibgħut speċjali tal-White House Steve Witkoff mistenni li jkollu taħditiet mal-President Russu Vladimir Putin f’Moska dwar il-possibiltà li jintlaħaq ftehim ta’ paċi bejn ir-Russja u l-Ukrajna.
F’dawn l-aħħar xahrejn, Witkoff diġà ltaqa’ tliet darbiet ma’ Putin fejn aktar kmieni dan ix-xahar kien issuġġerixxa qbil potenzjali bbażat fuq l-istat ta’ ħames reġjuni Ukreni.
Il-President Amerikan Donald Trump akkuża lill-President Ukren Volodymyr Zelensky li kien qed inaffar in-negozjati ta’ paċi meta iddikjara li żgur ma kienx se jaċċetta li r-Russja tikkontrolla l-Krimeja.
Dwar din l-akkuża, il-Prim Ministru Brittaniku Keir Starmer qal li sta għall-Ukrajna li tiddeċiedi t-termini ta’ kwalunkwe ftehim ta’ paċi mar-Russja.
Sadanittant ir-Russi komplew bl-attakki tagħhom matul il-lejl fuq l-Ukrajna fejn qed ikunu rrappurtati tliet imwiet wara li kienu attakkati bi drones.