Il-Ministru Helena Dalli illejlla fil-parlament ħaditha qatta’ bla ħabel kontra l-Oppożizzjoni wara li rreferiet għall-istqarrija “moqżieża” li nħarġet mill-Partit Nazzjonalista fejn inqtal li l-Gvern qed juża nies LGBT bħala diversiv.
Il-Ministru, emozzjonata għall-aħħar, qalety li “l-mibegħda u l-odju li għandhom l-Oppożizzjoni hi xi ħaġa li qatt ma rajtha”.
Hija spjegat li l-istqarrija Nazzjonalista tgħid li l-Prim Ministru Joseph Musca,t meta jkun dahru mal-ħajt fuq il-kwistjoni tal-Panama, juża kwistjonijiet marbutin ma’ LGBT.
Il-Ministru Dalli saħqet:”Fejn kien jaf x’se jistaqsi d-delegat Tork. Tassew tal-mistħija. Lanqas ridt nemminha l-istqarrija li ħarġu. Assolutament mhux aċċettabbli li nużaw sezzjoni tal-popolazzjoni tagħna b’dan il-mod.”
Hija nnutat li l-Oppożizzjoni, għan snin twal, tat dahrha lil komunità LGBTIQ u issa qed titkellem hekk.