L-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż u tal-partiti mxew mal-appelli u marru jivvutaw kmieni.
Fost tal-ewwel kien hemm il-Prim Ministru Robert Abela u martu Lydia Abela, li għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħodu vvutaw f’din l-elezzjoni ġenerali fiċ-ċentru tal-votazzjoni, fl-iskola Primarja ta’ Sant Anna f’Wied il-Għajn.
Għall-ħabta tal-ħdax, xeħtu l-vot tagħhom il-President ta’ Malta George Vella u martu s-Sinjura Miriam Vella, li eżerċitaw id-dritt tal-vot tagħhom fil-Kulleġġ St Thomas Moore fiż-Żejtun.
Is-Sibt filgħodu wkoll, id-Deputat Prim Ministru u Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament tal-Partit Laburista, Chris Fearne deher dieħel jivvota fl-Iskola Primarja ta’ St Monica f’Ħal Tarxien.
Ftit wara s-sebgħa u nofs tas-Sibt filgħodu, deher dieħel jivvota d-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit, tal-Partit Laburista, Daniel Micallef.
Huwa eżerċita d-dritt tal-vot tiegħu fiċ-ċentru tal-votazzjoni allokat fl-iskola Primarja ta’ Ħad-Dingli.
DANIEL MICALLEF UPSOUND Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech flimkien ma’ martu Annemarie Grech, ivvutaw għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħodu fl-iskola Sekondarja taż-Żokrija fil-Mosta.