Aung San Suu Kyi, il-mexxejja tal-Myanmar li kienet tneħħiet mil-poter, intbagħtet erba’ snin ħabs fl-ewwel minn sensiela ta’ verdetti li jistgħu jitfgħuha għomorha ’l ħabs.
Hija nstabet ħatja li nstigat nuqqas ta’ qbil u ksur ta’ regolamenti marbuta mal-pandemija taħt liġi dwar diżastri naturali.
Suu Kyi qed taffaċċja total ta’ ħdax-il akkuża, li bosta qed jgħidu li huma inġusti. Hija ċaħdet l-akkużi kollha.
Hija kienet arrestata f’darha mindu sar il-kolp ta’ stat fi Frar li għadda, li waqqa’ l-Gvern tagħha li kien elett mill-poplu.
Għadu mhux ċar meta jew jekk Suu Kyi hux se tittieħed il-ħabs.