Il-mexxejja tal-G7 li bħalissa jinsabu f’Cornwall mistennija jadottaw miżuri stretti fuq il-powerstations li jaħdmu bil-faħam. Dan bħala parti mill-ġlieda ta’ dawn il-pajjiżi kontra t-tibdil fil-klima.
Il-Kapijiet tal-G7 wegħdu li se jevitaw l-użu tar-riżorsi li jaħdmu bil-faħam, dment li ma jkollomx teknoloġiji apposta biex inaqqsu l-emmissjonijiet mill-karbonju.
B’reazzjoni għal dan u għal-laqgħat tal-G7, iċ-Ċina ħarġet tgħid li grupp żgħir ta’ pajjiżi ma jistax jiddeċidi l-futur tad-dinja.