Il-mexxejja ta’ Hong Kong Carrie Lam qalet li se tirtira l-liġi dwar l-estradizzjoni li kkawżat xhur ta’ protesti.
Din il-liġi li ġiet introdotta f’April kienet tippermetti sabiex suspettati kriminali jiġu estraditi lejn iċ-Ċina.
Din il-liġi ġiet sospiża f’Ġunju meta Lam ddeskriviet din il-liġi bħala “mejta” iżda ma rtiratix.
Il-protestanti qed jitolbu fost l-oħrajn biex tiġi rtirata din il-liġi kif ukoll biex id-drittijiet demokratiċi tagħhom ma jkunux imxekkla.
Ritratt: BBc News