Il-mexxejja ta’ Franza, il-Ġermanja u l-Italja waslu fil-kapitali Ukrena, Kyiv, għal taħdidiet mal-President tal-Ukrajna Volodymyr Zelensky.
F’fuq nett tal-aġenda tad-diskussjonijiet bejn Emmanuel Macron, Olaf Scholz, Mario Draghi u Zelensky hemm ix-xewqa tal-Ukrajn sabiex tissieħeb mal-Unjoni Ewropea.
Il-midja internazzjonali rrappurtat ukoll kif il-President Ċiniż Xi Jinping assigura lil Vladmir Putin is-sapport lejn is-sovrenità tar-Russja.
Kumment li wassal biex l-Amerika twissi liċ-Ċina li qed tirriskja li tispiċċa tkun fin-naħa l-ħażina tal-istorja.