Għada filgħaxija, il-mexxejja Ewropej se jiltaqgħu b’mod virtwali f’Summit tal-Kunsill Ewropew straordinarju.
Il-mexxejja tas-27 pajjiż tal-Unjoni Ewropea se jkunu qed jiddiskutu s-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani, gwerra li diġà ħalliet il-ħajjiet ta’ eluf ta’ nies.
Il-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel qal li din il-laqgħa straordinarja se ssir jiem qabel mal-mexxejja Ewropew jiltaqgħu għal Summit tal-Kunsill Ewropew li se jsir fi Brussell.
Michel tenna li din il-gwerra għandha bosta konsegwenzi, fosthom fuq l-Unjoni Ewropea.
Hawnhekk hu semma kif l-Unjoni Ewropea, l-ewwelnett titlob li jkun hemm il-paċi u r-rispett skont il-liġijiet internazzjonali.
Intqal li gwerra bħal din twassal li jkun hemm konsegwenzi fuq is-sigurtà u anki riskju ta’ migrazzjoni.