L-Unjoni Ewropea qablet li tipposponi Brexit għal wara d-29 ta’ Marzu.
Wara tmien sigħat ta’ taħdidiet, fejn il-mexxejja Ewropej qablu li Brexit tiġi posposta għat-22 ta’ Mejju. Dan jekk jiġi approvat il-ftehim ta’ Brexit fil-House of Commons il-ġimgħa d-dieħla.
Jekk dan il-ftehim jerġa ma jgħaddix għat-tielet darba, l-estensjoni se tkun iqsar – sat-12 ta’ April. F’dan il-punt ir-Renju Unit irid jara x’ħa jagħmel inkella joħroġ ‘il barra mill-UE mingħajr ftehim.
Il-membri parlamentari Ingliżi huma mistennija jivvutaw fuq il-ftehim il-ġimgħa d-dieħla, iżda dan huwa dipendenti fuq ir-ruling tal-ispeaker John Bercow li qal li l-mozzjoni tal-ftehim trid tkun mibdula b’mod sostanzjali sabiex il-vot jkun jista jsir.