Il-mexxejja Ewropej ikkundannaw l-attakk Iranjan fuq Iżrael.
Dan waqt is-Summit speċjali tal-Kunsill Ewropew, li għaddej bħalissa fi Brussell, li preżenti għalih f’isem pajjiżna hemm il-Prim Ministru Robert Abela.
Il-mexxejja Ewropej qablu l-Unjoni Ewropea se tibqa’ taħdem bil-għan li jkun hemm desklazzjoni u s-sigurtà fil-Lvant Nofsani.
F’dan is-Summit tal-Kunsill Ewropew, il-mexxejja Ewropej tennew mill-ġdid biex ikun hemm waqfien mill-ġlied b’mod immedjat.
Hawnhekk il-mexxejja Ewropej tennew lil Iżrael biex timplimenta r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda, biex ikun hemm il-waqfien mill-ġlied.
Dan filwaqt li jkun hemm il-ħelsien tal-ostaġġi li nħatfu mill-grupp Hamas f’Ottubru li għadda.