Malta se tkun qed torganizza summit informali tal-mexxejja tal-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea fil-bidu tas-sena d-dieħla.
Dan fil-bidu tal-Presidenza ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea u l-organizazzjoni tas-summit f’Malta, kkonfermah il-Prim Ministru wara l-laqgħa mal-President tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Donald Tusk.
Is-summit informali mistenni jsegwi dak fi Bratislavia, fi Slovakkja, din il-ġimgħa u t-tema tkompli tkun il-ġejjieni tal-Unjoni Ewropea.
Agreed wt @eucopresident that #EU leaders will meet in #Malta beginning 2017 to increase momentum for new idea of #Europe -JM #MaltaSummit
— Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) September 12, 2016