Fil-Veneżwela, iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Milied se jibdew minn Ottubru.
Ħabbar dan il-mexxej awtoritarju ta’ dan il-pajjiż, Nicolás Maduro, waqt programm televiż aktar kmieni din il-ġimgħa.
Din il-mossa qed titqies bħala waħda biex tnaqqas mill-kriżi politika li hemm f’dan il-pajjiż.
Dan anki wara l-elezzjonijiet ta’ Lulju li għadda, meta Maduro kien iddikjara li hu ġab l-akbar ammont ta’ voti. Dan mingħajr ma ntqal kemm ġab voti.
Maduro wiegħed li l-Milied li ġej se jkun wieħed ta’ paċi u ferħ.