Il-Mexxej tal-Oppożizzjoni fil-Belarus, Svetlana Tikhanovskaya, qed titlob għal protesti paċifiċi madwar il-pajjiż, dan wara li ġiet sfurzata biex titlaq lejn il-Litwanja fid-dawl ta’ elezzjoni.
Hi ħeġġet lin-nies biex isemmgħu leħinhom b’mod paċifiku.
Alexander Lukashenko ilu jmexxi l-Belarus mill-1994 iżda l-vot presidenzjali tal-Ħadd li għadda ġab stmerrija tal-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti.
Bosta protesti ttellgħu fil-pajjiż bl-għajta biex jirriżenja.