L-Istati Uniti ddeterminat li l-Mexxej tal-Arabja Sawdija, il-Prinċep Mohammed bin Salman, għandu l-immunità milli jiġi ffaċċjat b’kawża li nfetħet mis-sieħba tal-ġurnalist Jamal Khashoggi.
Khashoggi li nqatel f’Ottubru tal-2018 f’Istanbul kien kritiku prominenti tal-Arabja Sawdija u intelliġenza Amerikana ppuntat subgħajha lejn il-Prinċep Mohammed bħala l-persuna l-ordna l-assassinju ta’ Khashoggi.
Id-Dipartiment tal-Istat Amerikan sostna li l-Prinċep għandu immunità minħabba l-irwol il-ġdid tiegħu bħala Prim Ministru.
Hekk kif ingħatat din id-deċiżjoni, fuq Twitter, is-sieħba ta’ Khashoggi kitbet il-kliem, “Illum Jamal, reġa’ miet.”