Il-pulizija fil-Myanmar ressqu diversi akkużi kontra l-mexxej Aung San Suu Kyi wara l-kolp ta’ stat ta’ nhar it-Tnejn li għadda.
L-akkużi huma dwar ksur tal-liġijiet dwar l-importazzjoni u l-esportazzjoni kif ukoll għall-pussess ta’ apparat ta’ komunikazzjoni llegali.
Dokumenti tal-pulizija juru li Suu Kyi se tinżamm taħt arrest preventiv sal-15 ta’ Frar.
Rapporti qed jgħidu li hija qed tinżamm arrestata fir-residenza tagħha fil-kapitali Nay Pyi Taw.
Il-President li tkeċċa mill-kariga wkoll qed jiġi akkużat li kiser ir-regoli dwar il-laqgħat tal-massa waqt żmien il-pandemija. Huwa wkoll qed jinżamm taħt arrest preventiv għal ġimagħtejn li ġejjin.
Il-militar immexxi minn Min Aung Hlaing qal illi għamel kolp ta’ stat minħabba fost oħrajn suspett ta’ frodi fl-elezzjonijiet ta’ Novembru li għadda.