Il-mexxej militari ġdid tal-Burkina Faso wiegħed li pajjiżu se jerġa’ lura għall-ordni kostituzzjonali normali “meta l-kundizzjonijiet ikunu tajbin”.
Il-Logutenent Kurunell Paul-Henri Damiba mexxa ribelljoni li wasslet għat-tneħħija tal-President Roch Kaboré.
Huwa waħħal fil-President li falla milli jikkontrolla l-vjolenza minn militanti Iżlamiċi.
Liebes l-uniformi tal-armata, il-Logutenent indirizza n-nazzjon għall-ewwel darba fuq l-istazzjon nazzjonali mindu ħa l-poter.
Huwa qal ukoll li se jiltaqa’ mar-rappreżentanti ta’ diversi sezzjonijiet fis-soċjetà biex jintlaħaq qbil dwar riforma għat-triq ’il quddiem.