Danielle McLaughlin, Irlandiża ta’ 28, instabet mejta, b’feriti f’rasha u fuq wiċċha, ħdejn bajja turistika f’Goa.
Każ li l-Pulizija qed titratta bħala qtil, bl-awtopsja li saret mistennija tikkjarifika jekk il-mewt saritx kawża ta’ stupru.
Il-mara, li kellha ċittadinanza ta’ Irlandiża u Ingliża, u li kienet tgħix f’Liverpool, marret l-Indja b’passaport Ingliż.
B’rabta ma’ dan il-każ qed jinżamm arrestat Vikat Bhagat, żagħżugħ t’24.
Filmat minn CCTV Camera li ħareġ sigħat wara li nstabet mejta l-mara, urew l-aħħar movimenti tal-vittma f’Goa, fejn kienet miexja ma’ Bhagat.
Il-Pulizija għandhom fil-pussess tagħhom karozza u xi ħwejjeġ, li huwa rraportat li għandhom fuqhom traċċi ta’ demm.