Meta jmut xi dinjitarju, f’Malta jew anki barra, ħafna huma dawk il-Maltin u l-Għawdxin li jerħulha lejn il-banka tal-lottu biex jiktbu xi numri partikolari marbuta mal-persuna li tkun ħallietna u jittantaw xortihom.
One News ried jaqta’ l-kurżità u ħtkellem ma’ wħud li kienu qed jilagħbu l-lottu dwar jekk lagħbux in-numri marbuta mal-mewt tar-Reġina Eliżabetta t-Tieni.
Staqsejnihom jgħidulna x’numri lagħbu u li, naturalment, jittamaw li jitilgħu llejla.
Lil żewġ ricevituri tal-lottu tlabnihom jgħidulna jekk illum intlagħbux numri marbuta mal-mewt tar-reġina.
U x’jiġri jekk in-numri tar-Reġina jintlagħbu minn tant nies li tinqabeż il-kwota?
Il-kliem bħaċ-ċirasa, u das-sinjur, għalkemm qalilna li ma lagħabx il-lottu b’numri marbutin mal-mewt tar-Reġina, qasam magħna kurżità dwar imħabba partikolari li, skontu, ir-Reġina kellha tul ħajjitha.