Matul is-sena 2019, is-sena li fiha saru l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tfakkret il-15-il sena min meta daħlet fl-Unjoni Ewropea, il-MEUSAC kienet qrib is-soċjetà.
Matul l-2019, il-MEUSAC organizzat 34 attività u laqgħat ta’ konsultazzjoni u 39 sessjoni tat-tfal u għall-istudenti dwar l-Unjoni Ewropea. Tul din is-sena saru wkoll 5 sessjonijiet ta’ taħriġ u madwar 300 laqgħa ma diversi organizazzjonijiet fosthom Kunsilli Lokali u entitajiet tal-gvern sabiex ikunu jistgħu japplikaw għal fondi Ewropew. B’riżultat ta’ dawn il-laqgħat li saru, tul is-sena 2019 ġew sottomessi 95 applikazzjoni għall-fondi Ewropew għal diversi proġetti minn oqsma differenti.
Dawn in-numri ġew ipprezentati fir-Rapport Annwali tal-aġenzija li ġie ppreżentat fil-Parlament mill-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela. Il-Ministru responsabbli minn din l-aġenzija nnotta kif ix-xogħol ta’ din l-aġenzija huwa pożittiv għaliex tfiehem il-messaġġ u s-sħubija tal-Unjoni Ewropea viċin iċ-ċittadini.