Simon Busuttil għadu kemm preżenta l-proposti tiegħu dwar metro. Din qed jgħid li se tkun state of the art, imma dettalji dwarha m’għandux.
Ma preżenta eba timelines.
Ma preżentax dettalji dwar finanzjament.
Qal li se jibda jaħdem fuq l-ewwel binajri, imma ma qalx liem.
Ma kienx jaf it-toroq li se jinbdew f’Għawdex u kellu jistaqsi lin-nies preżenti fil-konferenza tal-aħbarijiet miegħu.
Qal li mhux se tintmiss art ODZ biex isir il-proġett propost minnu, imma fl-istess sentenza qal li jekk tintmiss art ODZ se jmur bil-proposta fil-Parlament.
Qal li fejn ma tgħaddix il-metro, dak li jkun jista’ jmur bir-rota.
Minflok wieġeb għal mistoqsija dwar dettalji, qal li “hija ironika li xi ħadd mill-kamp Laburista jistaqsi għad-dettalji”.
Mistoqsi fuq liema enerġija se tkun qed tintuża biex tħaddem il-metro, infaqa’ jidħak u qal li se jġibha mill-Electrogas.
Simon Busuttil qal: “ma nafux il-biljett kemm se jkun jiswa tal-metro”. Spjega biss li dan se jiddependi minn ideat li jiġu bihom wara sejħa għall-interess.
Qal li se jippreżenta dettalji dwar il-metro permezz ta’ filmat, imma ntwera ‘promo’ li ilu jidher ġimgħat fuq Net Television.
Riżultat ta’ dan kollu, il-ġurnalisti ħarġu iktar konfużi milli daħlu, fi tmiem il-konferenza tal-aħbarijiet ogranizzata mill-Partit Nazzjonalista.