Il-President Messikan Manuel López Obrador iffirma digriet li projbixxa l-bejgħ tas-sigaretti elettroniċi bħala pass ieħor fil-kampanja kontra l-‘vaping’.
F’Ottubru li għadda l-Messiku kien diġà projbixxa l-importazzjoni ta’ dan it-tip ta’ sigaretti wara li kien hemm ukoll sforzi mill-Gvern sabiex jiskoraġixxu l-użu tagħhom.
Minkejja dan l-isforz sabiex jitnaqqas jew jiġi eliminat l-użu tas-sigaretti elettroniċi hu mifhum li ħafna Messikani qegħdin jdaħħluhom b’mezzi illeċiti.
L-Assistent Segretarju għas-Saħħa Messikana Hugo López Gatell irribatiet l-aġenda tal-industrija li s-sigaretti elettroniċi huma aktar siguri mis-sigaretti tradizzjonali fejn iddeskrivieta bħala gidba.
Ċifri tal-Gvern Messikan juru kif minn tal-inqas ħames miljun persuna fil-pajjiż pruvaw jużaw sigaretti elettroniċi tal-inqas darba.