Terremot ta’ qawwa 6.1 fuq l-Iskala Richter laqat lil Oaxaca fil-Messiku, aktar kmieni llum.
It-terremot inħass 257 mili ‘l bogħod minn Mexico City. Dan hekk kif l-epiċentru kien bejn iż-żewġ żoni li laqtu żewġ terremoti akbar fil-Messiku – wieħed ta’ qawwa 7.1 li seħħ t-Tlieta li għadda qrib il-kapital, u ieħor ta’ qawwa 8.1 li seħħ fit-8 ta’ Settembru qrib l-istat ta’ Chiapas.
S’issa jidher li dan it-terremot ma ħalla ebda ħsarat estensivi.