Tfajla ta’ 20 sena nstabet ħatja għall-akkużi ta’ omiċidju involontarju f’Massachusetts. Dan wara li fl-2014, is-sieħeb tagħha nstab mejjet wara li kkommetta suwiċidju.
L-evidenza preżentata fil-Qorti uriet li mill-messaġġi intimi li ntbagħtu bejn il-vittma u l-akkużata juru li t-tfajla ma għamlet xejn biex twaqqaf liż-żagħżugħ milli joqtol lilu nnifsu u ma nfurmat lill-ebda Awtorità.
It-tfajla naqset ukoll milli ċċempel lill-Pulizija jew lill-familjari taż-żagħżugħ meta waqt telefonata semgħet l-aħħar nifsijiet tiegħu.
Fl-awla tal-Qorti t-tfajla bdiet tibki hekk kif il-Maġistrat qal li dan il-każ jista’ jistabbilixxi preċedent legali li jiddetermina jekk meta wieħed ma jagħmel xejn fil-kapaċità tiegħu biex iwaqqaf persuna milli tikkommetti suwiċidju.