Fadal biss erbat ijiem fejn fit-30 jum tal-kampanja elettorali l-Prim Ministru waqt żjara fil-lokalità ta’ Ħal Lija spjega kif illum varaw u spjegaw il-programm tal-Partit Laburista fir-rigward tal-edukazzjoni għolja fejn marru l-MCAST.
Muscat qal “Ħadna pjaċir immens li wrejna kif se jkun qed ikollna programm ta’ fondi għal riċerkaturi tal-Università ta’ Malta u kif ukoll kif se nagħtu sena internet b’xejn lill-istudenti li jagħżlu jkompli jistudjaw wara s-sekondarja, niftħu kors tal-veterinarji f’Malta u bosta affarijiet oħra. Affarijiet li bla dubju ta’ xejn se jkunu qed jagħmlu differenza fil-ħajjiet ta’ bosta żgħażagħ Maltin u Għawdxin.”
Il-Prim Ministru fakkar kif fadal biss erbat ijiem mill-kampanja elettorali fejn se jkomplu jwasslu l-messaġġ. Hu ħeġġeġ lil kull min kien preżenti u kull min beda jsegwi biex jekk jafu lil xi ħadd li għadu mhux deċiż jekk hux se jivvota, għandu jħeġġu biex joħroġ jagħmel dmiru.
Segwi l-messaġġ kollu tal-Prim Ministru hawn isfel: