Il-messaġġ tal-Prim Ministru l-Belt Valletta ilbieraħ iddomina l-faċċati tal-ġurnali dalgħodu, fejn spikkaw ukoll ir-ritratti tal-folla enormi, bl-orizzont b’titlu “Ma’ Joseph” tirrapporta li kif mistenni folla enormi wieġbet għas-sejħa quddiem Kastilja biex tappoġġja l-politika tal-gvern.
L-Independent u t-Times of Malta rreferew għall-mod kif il-Prim Ministru tkellem dwar il-viżjoni tiegħu għas-sentejn li ġejjin, bit-Times of Malta tagħmel ukoll referenza għal każ Panama Papers u tgħid li ma ssemmiex. Għalkemm fil-paġna ta’ ġewwa saret referenza għal mod kif il-Prim Ministru emfasizza dwar ir-responsabbilta li jerfa’ hu. Hija n-Nazzjon biss li għażlet id-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni bħala storja ewlenija. Xi ħaġa, naturalment, mistennija.