Il-Ħadd filgħodu, fuq l-istazzjon tiegħu, il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech semma l-aħħar stħarriġ tal-Maltatoday u saħaq li r-riżultat juri li l-messaġġ tal-Partit Nazzjonalista qed jasal.
“Il-gap bejn il-kapijiet naqset. Dak ifisser li b’xi mod il-messaġġ qed jasal.”
Fuq l-istess stħarriġ imbagħad Bernard Grech waħħal fil-pandemija.
Dan minkejja li tul x-xhur tal-imxija, il-Partit Nazzjonalista mmexxi minnu ħa kull opportunità biex jieħu vantaġġ politiku mis-sitwazzjoni.
“Irridu nifhmu wkoll li dan huwa żmien fejn il-pajjiż qed joħroġ minn pandemija u allura hemm ċertu feel good factor li anke seta’ kabbar id-distakk ikbar bejn il-partiti.”
Bernard Grech tkellem ukoll dwar Ħondoq ir-Rummien u l-wegħda tal-Partit Nazzjonalista li jixtri din l-art.
“Ir-realtà hija li aħna nafu x’irridu u nafu x’nistgħu nagħmlu fuq il-kwistjoni ta’ Ħondoq ir-Rummien.”
Madankollu l-istess Kap, meta dan l-istazzjon staqsih kemm tiswa din il-medda ta’ art, ma kienx jaf kemm tiswa.
“Jekk wegħdta nimmaġina li mhux fl-ajru jien. Nimmaġina li tagħmel il-costing l-ewwel umbagħad twiegħed.”
“Serraħ rasek li meta nagħmlu wegħda nkunu nafu x’qegħdin ngħidu.”
“Tkun taf x’qed tgħid qas taf kemm hi?”
“Inkunu nafu x’qegħdin ngħidu.”
Qed tgħidli ma tafx kemm tisw,a kif taf x’int tgħid?
“Nassigurak li nkunu nafu.”
Bernard Grech imbagħad temm jgħid li ma jistax isib il-mument opportun biex joħroġ dawk li sejjaħ proposti.
“Il-problema tkun waħda li kultant ikollok ċertu bżonnijiet ta’ politika li ma tkunx tista ssib il-ħin opportun biex toħroġ il-proposta.”