Saret mintua silenzju minflok l-omelija waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa tal-Għid mill-Papa Franġisku, b’rabta ma’ dak li għadejja minnu d-dinja bħalissa minħabba l-imxija tal-Coronavirus.
Fil-messaġġ tiegħu għall-Għid, il-Papa Franġisku qal li Ġesù Kristu qam bi fjamma ġdida f’dinja li bħalissa qed taffaċja sfidi kbar b’rabta mal-pandemija li qed tpoġġi lill-umanità fi kriżi, madanakollu huwa qal li rridu nibqgħu niftakkru fil-messaġġ ta’ tama.
Il-Papa Franġisku qal li l-ħsibijiet tiegħu imorru għal dawk kollha li huma jew ġew affetwati mill-pandemija tal-COVID-19, għall-morda u għall-membri tal-familja li tilfu l-maħbubin tagħhom u lanqas setgħu jagħtuhom l-aħħar tislima. Il-Kap tal-Knisja Kattolika kompla jgħid li għal ħafna din l-fest tal-Għid fejn ed ibgħatu tbatija fiżika u anke ekonomika f’solitudni. Għalhekk reġa’ tenna l-messaġġ tiegħu ta’ tama.
Iċ-Ċelebrazzjoni tal-Għid saret wara bibien magħluqa. Is-sena l-oħra aktar minn 70,000 persuna attendew għal din iċ-ċelebrazzjoni.