“Il-memorji m’għandhomx prezz”.
Hekk stqarr Carmel Pace, ir-raġel ta’ Miriam Pace, li f’Marzu li għadda tilfet ħajjitha hekk kif iġġarrfet il-binja li kienet tgħix fiha.
Huwa xehed fil-kumpilazzjoni quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud għal każ li jakkuża żewġ Periti, Kuntrattur u ħaddiem bi qtil involontarju.
Hu xehed dwar il-prezzijiet li ġew ikkalkulati fi stima ta daru li ġġarfet wara li kienet mitluba mil-Qorti.