F’Novembru ħabbarna li f’għeluq it-tielet sena mill-mewt ta Mark Gauci, b’xewqa ta’ ħafna ħbieb li kienu midħla tiegħu fis-sewqan tat-trakkijiet, saret dawra ma’ Malta bit-trakkijiet.
Mark Gauci kien żagħżugħ Mellieħi ta’ 27 sena, li miet fl-2013 wara inċident f’barriera, limiti tal-Imġarr. Konna għedna li d-donazzjonijiet kollha miġbura kienu se jmorru għal Puttinu Cares.
Fi stqarrija, l-organizzatur Dario Vella qal li s-somma li nġabret tammonta għal €3,510.
“Somma sabiħa ħafna u minn qalbna nixtiequ nirringrazzjaw lil kumpaniji kollha li kienu nvoluti f din l-attività u li anke offrew it-trakkijiet tagħhom flimkien ma’ donazzjoni. Grazzi lit-taqsima tal-Puluzija tat-traffiku li kkordinaw b’mod professjonali ghall-ahhar din l-attività” qal Dario, filwaqt li rringrazzja numru ta’ nies li għenu biex il-memorja ta’ Mark tibqa’ ħajja u tibqa’ tagħmel ġid.