Kmieni wara nofsinhar, l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia rċieva żjara ta’ kortesija mis-Sur Leo Brincat, Membru Malti tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri.
Is-Sur Leo Brincat ippreżenta kopja tar-Rapport Annwali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, kif ukoll rapport ieħor li jġib it-titlu ‘A Special Report on Migration Management and Hot Spots’, liema rakkomandazzjonijiet f’dan ir-rapport ġew aċċettati mill-Kummissjoni Ewropea.
L-Ispeaker faħħar il-ħidma tas-Sur Brincat fi ħdan il-Qorti Ewropea tal-Awdituri filwaqt li infurmah li r-rapport kien se jitqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra fis-seduta ta’ llum.