Wara riżultat favur BREXIT, se issir sessjoni plenarja straordinarja tal-Parlament Ewropew nhar it-Tlieta 28 ta’ Ġunju.
Dan wara deċiżjoni li ħadu l-President tal-Parlament Ewropew Martin Schulz flimkien mal-mexxejja tal-gruppi politiċi, illum, il-Ġimgħa.
Matul din is-sessjoni, l-Membri Parlamentari Ewropej se jkunu qed jivvotaw reżoluzzjoni li se tkun qed tanalizza r-riżultat u x’għandhom ikunu l-passi li jmiss. Għal din is-sessjoni l-President tal-Kummisjoni Ewropea u r-rappreżentanti tal-Kunsill se jkunu preżenti.