Waqt l-edizzjoni ta’ Milied Mellieħi 2024 organizzat mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa bejn il-21 u l-24 ta’ Dicembru se jkun hemm wirja ta’ tpinġijiet magħmula minn tfal Ukreni. It-tema magħżula għal din il-wirja se tkun “Il-Mellieħa qalb waħda mat-tfal Ukreni”. Numru ta’ tfal Ukreni pinġew xeni sbieħ akkumpanjati b’messaġġi favur il-paċi u kontra l-gwerer.
Kull tpinġija se tkun tista’ tinxtara u l-fondi miġbura se jmorru b’risq it-tfal fl-Ukranja. Din il-wirja se tkun armata taħt tinda apposta fil-Pjazza tal-Mellieħa mtellgħa b’kollaborazzjoni mal- Konslu Onorarju tal-Ukranja f’Malta.
Dawn it-tpinġijiet inġiebu Malta mid-Deputat Robert Cutajar u li min-naħa tiegħu qed jikkordina wkoll din l-inizjattiva. Din il-wirja se tiġi inawgurata għada s-Sibt 21 ta’ Diċembru fis-7:15pm mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu l-Onor. Ian Borg.