Il-Prim Ministru Joseph Muscat inawgura investiment ta’ disa’ miljun ewro li sar fil-kumpless turistiku tal-Mellieħa Holiday Centre.
Fl-aħħar xhur dak li kien magħruf bħala d-Danish Village investa f’faċilitajiet ġodda, fosthom żieda ta’ 30 bungalo kif ukoll rinovazzjoni tal-faċilitajiet eżistenti.
It-tnedija saret fl-erbgħin anniversarju mindu l-kumpanija bdiet bl-operat tagħha f’Malta fl-elf disa’ mija, disa’ u sebgħin.
Il-Kap Eżekuttiv Hamdi Abu Rub spjega kif dan l-investiment sar tul dawn l-aħħar xhur.
“We invested over the past month, around €9 million spread over different projects including refurbishing, upgrading and also extending our existing centre. that included upgrading the existing facilities, investing in new facilities and also we extended the capacity of our centre from 151 bungalows to 181,” qal il-Kap Eżekuttiv.
Qal li ż-żieda fin-numru ta’ bungalos kienet l-akbar proġett f’dan l-investiment.
Is-sid tal-lukanda, Ejner Holst, qal li dan l-investiment se jassigura esperjenza mill-aqwa għat-turisti li se jżuru lil pajjiżna.
Fl-inawgurazzjoni, il-Prim Ministru Joseph Muscatqal qal li dan l-investiment jixhed kif dan in-negozju hu mudell ideali ta’ ħidma konġunta bejn l-Unions Daniżi u dawk Maltin li ħadmu qatigħ għall-benefiċċju ta’ kulħadd.
Spjega kif it-turiżmu huwa settur ewlieni għal Malta hekk kif it-turisti jikkontribwixxu għal ekonomija b’saħħitha meta jagħżlu li joqgħodu f’lukandi bħal dawn.
Qal kif minn destinazzjoni għal matul is-sajf, pajjiżna sar destinazzjoni għal matul is-sena kollha.
Tenna kif permezz ta’ dan is-suċċess ekonomiku, pajjiżna qed igadi minn childcare b’xejn, trasport b’xejn għall-istudenti tal-iskejjel, żieda fil-pensjonijiet u kif ukoll għall-ewwel darba wara numru ta’ snin, żieda fil-paga minima.