Issoktaw l-impenji tal-Ministru għall-Ambjent Jose Herrera fl-Istati Uniti. Kif ħabbarna l-bieraħ huwa kien mistieden għal laqgħa mal-eks kandidat għal Presidenza Franċiża, illum Ministru għall-Ambjent, Segolene Royale. Il-laqgħa nżammet fil-preżenza tal-Kummissarju Malti Karmenu Vella.
Royale preżentat lil Malta l-pjan tagħha għall-Mediterran, imsejjes fuq blue growth. Herrera qal li l-Mediterran ser ikun tema importanti ħafna li ser tiġi diskussa fil-Presidenza fl-ewwel sitt xhur tas-sena d-dieħla. Royale faħret lil Malta għal ħidma biex dan is-suġġett jitla’ fuq nett tal-aġenda Ewropea.