Il-linja tal-ajru Medavia se tkun qed terġa’ tibda ttir bejn Tripli u Malta, minn nhar it-Tnejn li ġej.
Kelliem għall-Gvern Libjan Mohammed Hammouda, qal kif dan il-pass seta’ jseħħ wara l-iffirmar ta’ qbil bejn il-Ministeri għat-Trasport tal-Libja u dak ta’ Malta waqt żjara mill-Prim Ministru Libjan Abdul-Hamis Dbeibah il-ġimgħa li għaddiet f’Malta.
Hammouda qal kif dan il-pass se jkun qed iservi ta’ għajnuna għal dawk li jsiefru lejn pajjiżi Ewropej u destinazzjonijiet oħra.