Is-sena li għaddiet il-Malta Community Chest Fund Foundation tat aktar minn €15-il miljun, jiġifieri żieda ta’ aktar minn €3 miljun fuq is-sena ta’ qabel u ‘l fuq minn 13-il miljun mill-2016.
Dan tħabbar fir-rapport finanzjarju annwali ppreżentat waqt l-ewwel laqgħa ġenerali annwali taħt il-President George Vella.
Fl-indirizz tiegħu, il-President George Vella qal li minkejja li l-pazjenti bil-kanċer żdiedu, huwa ta’ sodisfazzjon illi bil-mediċina b’xejn li toffri l-Fondazzjoni qed tgħinhom, tant li hemm pazjenti li ilhom jieħdu l-kura għal tliet snin u nofs.
Il-President tar-Reppublika appella lill-importaturi u produtturi tal-mediċina tal-kanċer sabiex irażżnu l-prezzijiet għoljin li jlaħħqu l-eluf kbar ta’ ewro.
Ic-Chairperson tal-Bord Aministrattiv tal-MCCFF, Marlene Mizzi qalet li l-aktar sfida tibqa’ dejjem il-ġbir ta’ fondi. Is-Sinjura Mizzi qalet li l-Fondazzjoni tati 36 tip ta’ mediċina tal-kanċer u fl-2019 kien hemm ‘il fuq minn 1,400 applikazzjoni għal dawn il-mediċini.