L-uffiċċju tal-MATSEC qal li se jkun qed jinvestiga peress li rċieva diversi ilmenti wara s-sessjoni ta’ ‘listening comprehinsion’ tat-Taljan dalgħodu. Dan wara li l-istudenti lmentaw kif ma setgħux jisimgħu sew u għalhekk kienu ħafna dawk li kitbu jew ikkuntatjaw lil Matsec.
Kien hemm madwar 1,600 student li kellhom dan l-eżami li jgħodd 21% tal-marka globali.
L-istudenti kienu assenjati fi 22 kamra differenti. Filwaqt li ntqal li l-post – De La Salle – intuża għal suġġetti oħra u ma kienx hemm problemi kompla jkun spjegat kif wara l-investigazzjoni se ttitħed deċiżjoni dwar x’azzjoni għandu jkun hemm.