Fil-Parlament il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo kien mistoqsi jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm studenti li attendew għall-klassijiet ta’ reviżjoni fis-suġġetti tas-SEC, sena skolastika b’sena skolastika.
Jirriżulta li filwaqt li fl-ewwel sena tal-klassijiet ta’ reviżjoni, attendew 551 student, is-sena li għaddiet attendew 777, u din is-sena 770.
L-iktar suġġett li studenti għamlu resits tiegħu kien il-Matematika, kemm fl-2014 u kemm fl-2015. Wara, hemm l-Ingliż. Jirriżulta wkoll li kien hemm rata ogħla ta’ studenti li għaddew mir-resits fl-2014 milli fl-2015, kif jindikaw dawn it-tabbelli li kienu preżentati lbieraħ filgħaxija.