It-tielet ġurnata tal-kampjonati mondjali tal-blackball kienet ikkaraterizzata minn kompetizzjonijiet tat-timijiet, kif ukoll il-logħbiet individwali u ta’ bi tnejn.
L-ikbar rebħa kisbuha l-Masters li għelbu 24-1 lil Ġibilta’ f’logħba li huma ddominaw mill-bidu sal-aħħar. L-istess tim kiseb rebħa oħra ta’ 19-6 kontra l-Katalunja.
It-tim ta’ taħt it-23 sena safa’ megħluba mill-Ingilterra 19-6 u minn Wales 15-10.
It-tim tas-Seniors kellu rebħa ta’ 19-6 kontra l-Belġju u telfa ta’ 13-12 kontra Wales. Min-naħa tagħhom il-Grandmasters rebħu 20-5 kontra Ġibilta’.
Fl-azzjoni wkoll it-tim ta’ taħt it-18-il sena li rebaħ żewġ logħbiet bl-iskor identiku ta’ 14-11 kontra Wales u l-Awstralja. Anke t-tim ta’ taħt il-15-il sena baqa’ għaddej bit-triq tar-rebħ wara skors ta’ 8-7 kontra l-Ingilterra u 9-6 kontra l-Irlanda.
Saru wkoll il-kompetizzjonijiet individwali u tad-doubles fejn kien hemm riżultati mħalta għal Maltin