Il-Masterplan għax-Xlendi issa daħal f’fażi oħra- dik ta’ tindif tal-wied tax-Xlendi.
It-tindif tal-wied kellu jsir bl-idejn ukoll, u mhux biss bil-makkinarju minħabba li hija żona ambjentalment sensittiva, kif spjegat il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana.
Il-Ministru Caruana stqarret li “Kellna niksbu l-approvazzjoni tal-awtortitajiet regolatorji li qed jiggwidawna dwar kif se jsir ix-xogħol u anke tal-perjodu”.
L-ewwel fażi tal-masterplan bdiet f’Marzu li għadda fejn b’investiment ta’ 300,000 ewro, li rat ir-riġenerazzjoni tal-bini tas-sajjieda mill-qiegħ nett.
Eventwalment il-masterplan għax-Xlendi se jara l-installazzjoni ta’ sistema ġdida ta’ dawl dekorattiv fi Pjazza Anfori biex tikkumplimenta -bqija taż-żona. Waħda frekwentata ferm f’kull staġun kemm mill-Maltin kif ukoll mit-turisti.
Aspett ieħor li issa jmiss li jkun indirizzat b’rabta ma’ dan il-masterplan huwa l-użu aħjar tal-ispazju li hemm mal-ixtajta tax-Xlendi