Dwar il-mewt ta’ Jean Paul Sofia, ta’ kuljum qed taqa’ l-maskra tal-Partit Nazzjonalista.
Il-pubblikazzjoni tal-inkjesta maġisterjali xxejjen il-gideb tal-Partit Nazzjonalista li xi ħadd ried jaħbi lil xi ħadd. Fuq kollox hija xhieda ta’ Prim Ministru li jżomm kelmtu.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Sal-lum, il-mistoqsija li qed jistaqsu ħafna hi: kif fl-aħħar xhur ħadd mill-Partit Nazzjonalista m’appella biex l-inkjesta maġisterjali titlesta fil-ħin? Qed jidher ċar li l-uniku interess li kellu l-Partit Nazzjonalista kien li anke dwar dan il-każ ikompli bil-politika partiġjana.
L-inkjesta fil-fatt turi kemm kellha għodda, riżorsi u setgħat biex jibdew iduru r-roti tal-ġustizzja. Kif għandu jkun biex ikun hemm ġustizzja f’dan il-każ.