Ninsabu fis-sena 2016 imma għal nhar L-Erbgħa 6 ta’ Lulju, d-Drama Pageant Group Qormi San Sebastjan se joħodna lura għas-sena 255, wara Kristu. Permezz tal-produzzjoni ‘Il-Martri ta’ Kristu’ se nduru mal-ħajja tal-Qaddis San Sebastjan u l-Imperu Ruman.
Bi spettaklu ta’ drama, żfin, logħob bin-nar u aktar, l-atturi se jofrulna sagħtejn mill-isbaħ b’ ħidma professjonali. Bl-għan aħħari jkun li apparti l-istorja milquma bi kliem meqjus u kollu minsuġ bl-aktar reqqa, joħroġ il-kobor tal-fidi li kellu dan il-qaddis kbir fl-istorja tal-knisja ta’ Kristu.
Dan kollu u aktar se jkun imżewwaq u mżejjen ma’ vestwarju mill-isbaħ awtentiku għall-epoka Rumana flimkien ma’ mużika mill-isbaħ li tmexxina min kwadru għal ieħor b’dwal u effetti speċjali.
Fuq kitba u direzzjoni ta’ Sebastian Aquilina, d-Drama Pageant Group Qormi, San Sebastjan għandu l-pjaċir jistiednek biex nhar L-Erbgħa 6 ta’ Lulju 2016 tiġi f’lejla sajfija quddiem iz-zuntier tal-knisja Parrokkjali ta’ San Sebastjan ġewwa Ħal Qormi u tesperjenza lejla partikolari.
Il-ħin se jkun fi 8.30pm u l-udjenza mitluba tkun f’postha qabel il-bidu tal-produzzjoni ‘Il-Martri ta’ Kristu’.
Aktar tagħrif fuq il-paġna ta’ facebook: Drama Pageant Group Qormi San Sebastjan jew 79092963 / 99271027.