Kontu fost l-iktar nies li ħassew titjib fil-kwalita tal-ħajja, għandkom sehem importanti fl-elezzjoni ġenerali li ġejja.
Kien b’dan il-mod li l-Prim Ministru Joseph Muscat iltaqa’ mal-Marsin fil-lokalità tagħhom stess fi ftit ħin liberu li kellu.
Spikkaw l-għexieren ta’ ‘grazzi’ hekk kif il-Prim Ministru rifes ġewwa l-pjazza Gian Franġisk Abela. Dawn huma l-istess residenti li għal snin twal sofrew l-arja mniġġsa tal-Power Station tal-Marsa, li issa qed igawdu minn arja iktar friska grazzi għall-ikbar proġett ta’ Gvern Laburista.
Il-Prim Ministru Muscat fakkar kif dawn ir-residenti għandhom sehem importanti fl-elezzjoni ġenerali tat-tlieta ta’ ġunju għax huma fost l-iktar li daqu stil ta’ ħajja aħjar li ġab miegħu dan il-Gvern.
Il-ħarsa fuq wiċċhom kienet evidenti immens: beħsiebhom juru r-ringrazzjament tagħhom lejn il-Prim Ministru Muscat anke daknihar.