L-atleta marokkin Aziz Ait Ourkia rebaħ il-Maratona ta’ Malta li saret il-Ħadd filgħodu.
Ait Ourkia daħal l-ewwel f’ħin ta’ sagħtejn, 15-il minuta u 22 sekonda. Huwa kien segwiet minn żewġ atleti marokkini oħra, fl-ordni Mousaab Hadout (12-il sekonda warajh) u Lhoussaine Oukhrid. Dan tal-aħħar kellu ħin ta’ sagħtejn, 16-il minuta u 13-il sekonda.
L-ewwel atleta malti kien Charlton Debono li daħal fis-sitt post overall. Debono kellu ħin ta’ sagħtejn, 29 minuta u 21 sekonda. Huwa kien segwiet minn Andrew Grech f’sagħtejn, 30 minuta u 58 sekonda.
Fil-kataegorija tan-nisa, l-ewwel atleta li qasmet il-linja finali kienet l-skoċċiża Jemima Farley. Farley, li tikkompeti regolarment fl-atletika lokali, kellha ħin ta’ sagħtejn, 35 minuta u 50 sekonda. Fit-tieni post daħlet il-maltija Josann Pulis Attard f’ħin ta’ sagħtejn 59 minuta u 42 sekonda. Fit-tielet post il-pollakka Iweta Adamczyk (3:03:22).
Ir-rebbieħ tan-nofs maratona kien il-pollakk Filip Janczak f’’ħin ta’ siegħa, disa’ minuti u 45 sekonda. Huwa kien segwiet minn żewġ maltin: Mark Herrera (10 sekondi warajh) u Tommy Wallbank sekonda wara Herrera).
Min-naħa tagħha, l-ungeriża Edit Filo rebħet in-nofs maratona tan-nisa f’ħin ta’ siegħa, 21 minuta u 25 sekonda. Rosalie Borg Cauchi daħlet fir-raba’ post u kienet l-ewwel fost l-atleti maltin. HIja kellha ħin ta’ siegħa 22 minuta u 47 sekonda.


Aziz Ait Ourkia

Jemima Farley