Il-Marokk u l-Kroazja għamluha għall-fażi li jmiss minn Grupp F.
Fl-Ahmed bin Ali Stadium draw ta’ mingħajr gowls bejn il-Kroazja u l-Belġju. B’dan ir-riżultat il-Belġjani sfaw eliminati u l-Kroati għaddew bit-tieni post. Il-Belġju kellhom żewġ ċansijiet mitlufa minn Lukaku, lejn tmiem l-ewwel taqsima, fejn anki laqat il-lasta.
Fil-logħba l-oħra fl-Al Thumama Stadium, il-Marokk għelbu lill-Kanada bl-iskor ta’ 2-1 u spiċċaw fil-quċċata tal-grupp b’seba’ punti. Il-Kanada li kienu diġa’ eliminati, baqgħu bla ebda punt.
Il-Marokkini skurjaw iż-żewġ gowls fl-ewwel taqsima, permezz ta’ Ziyech wara biss erba’ minuti u En-Nesyri fit-23 minuta.
Il-Kanadiżi naqqsu l-marġni tal-iskor b’awtogowl ta’ Aguerd fl-40 minuta.
Illejla fit-20:00, minn Grupp E, ikollna l-Kosta Rika kontra l-Ġermanja u Spanja kontra l-Ġappun.
Ritratt: Getty Images.