Fl-Education City Stadium, kellna l-konfront ferm missielet bejn il-Marokk u Spanja. Wara d-90 minuta, l-iskor baqa’ ma nfetaħx u b’hekk kellna nassistu għall-ħin barrani.
Għal Spanja, din kienet is-seba’ darba li marru għall-ħin barrani u kienu rebħu darbtejn biss. Il-Marokk kien l-ewwel tim Afrikan li mar għall-ħin barrani, wara l-Alġerija fl-edizzjoni tal-2014.
Matul in-nofs siegħa ta’ ħin barrani, iż-żewġ timijiet baqgħu ma kkonkludewx u b’hekk ir-rebbieħ kellu jiġi deċiż bl-għoti tal-penalties.
Fl-għoti tal-penalties, Sarabia, Soler u Busquets fallew tliet penalties minn tlieta għal Spanja. Il-Marokkini skurjaw tlieta permezz ta’ Sabiri, Ziyech u Hakimi. Benoun falla l-penalty ta’ qabel tal-aħħar għal Marokk
B’hekk il-Marokk għaddew għall-Kwarti tal-Finali u se jaffrontaw lir-rebbieħ tal-konfront tal-lejla, bejn il-Portugall u l-Iżvizzera.
Il-logħba tal-lejla li se tintlagħab fil-Lusail Stadium tibda fit-20:00
Ritratt: Tom Jenkins/The Guardian.