Bil-festi fl-aqwa tagħhom mhux darba u tnejn nisimgħu xi ħadd għaddej b’xi karozza u xi cd b’ħoss għoli tinki lil ta’ kontrina jew lil ta’ faċċata.
Dan għax kull ma’ jmur ic-CDs b’ diski nkejjuzi li nissimgħu fil-Festi Maltin u f’ Partiti tal-Futbol dejjem qed isiru aktar popolari. Hemm varjeta sħiħa, anke jekk ħafna drabi jkantahom l-istess kantant.
Saħansitra hemm postijiet fejn dawn is-CDs issiru popolari iżjed mill-Marċi Tradizzjonali tal-Banda.