ONE
  • Aħbarijiet
    • Lokali Internazzjonali Mill-Parlament ELEZZJONIJIET 2024 Baġit 2025 Unjoni Ewropea Sport Spiżeriji Aktar
      Lokali

      Kevin Cassar jerġa’ jiftħilha kontra Alex Borg… jgħid li l-aġir tiegħu juri…

      18 ta’ Mejju 2025

      Lokali

      Il-PN ikompli jqarraq dwar Ħal Għargħur … anke b’vox pop mal-istess nies…

      18 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Imtellgħa s-37 laqgħa tal-Commonwealth għall-Ministri tas-Saħħa

      18 ta’ Mejju 2025

      Lokali

      Malta b’inqas rata ta’ omiċidju fl-Unjoni Ewropea – Eurostat

      18 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Imtellgħa s-37 laqgħa tal-Commonwealth għall-Ministri tas-Saħħa

      18 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Il-bidu tal-Pontifikat ta’ Papa Ljun XIV

      18 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Żewġ persuni tilfu ħajjithom meta bastiment Messikan ħabat fil-Brooklyn Bridge fi New…

      18 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Il-bastiment Conscience se jiġi irmunkat lejn port ta’ pajjiż ieħor

      18 ta’ Mejju 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      27 ta’ Marzu 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      18 ta’ Frar 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      5 ta’ Frar 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      3 ta’ Diċembru 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Il-PN se jiġbor il-flus biex jitla’ fil-Gvern – Bernard Grech

      17 ta’ Ġunju 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Jiddedika is-suċċess elettorali lil missieru

      16 ta’ Ġunju 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Cacopardo: Jekk il-PN ma jirrispettax nies leali bħal James Cauchi, immaġina x’jista’…

      16 ta’ Ġunju 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Rieda u kuraġġ biex nieħdu d-deċiżjonijiet favur il-prijoritajiet tal-pajjiż – il-PM 

      16 ta’ Ġunju 2024

      Baġit 2025

      “Baġit li jagħti s-soluzzjonijiet għall-isfidi tal-lum u li jindirizza l-prijoritajiet tan-nies” –…

      25 ta’ Novembru 2024

      Baġit 2025

      Miżuri soċjali fl-inklużjoni u l-volontarjat li qed jilħqu lil kulħadd

      18 ta’ Novembru 2024

      Baġit 2025

       Il-Gvern se jkun qed jinvesti €1.2 biljun fil-pensjonijiet – il-Prim Ministru mat-Times

      17 ta’ Novembru 2024

      Baġit 2025

      Il-Prim Ministru jiddiskuti l-Baġit mal-Youth Advisory Forum u għaqdiet oħrajn taż-żgħażagħ

      15 ta’ Novembru 2024

      Unjoni Ewropea

      Il-KE Malti jħabbar tisħiħ tal-programm tal-UE Erasmus+ li minnu jgawdu wkoll eluf…

      17 ta’ April 2025

      Unjoni Ewropea

      Metsola tgħid li qed titfi n-nar iżda tinsisti li l-UE m’għandhiex alternattiva…

      8 ta’ April 2025

      Unjoni Ewropea

      EWROBAROMETRU: Il-maġġoranza assoluta tal-Maltin kontra l-investiment fl-armi mill-UE

      25 ta’ Marzu 2025

      Unjoni Ewropea

      48% biss tal-Maltin għandhom fiduċja fil-Parlament Ewropew 

      25 ta’ Marzu 2025

      Sport

      Hibernians jirbħu l-Meridianbet FA Trophy għall-11-il darba

      19 ta’ Mejju 2025

      Sport

      Ċelebrazzjonijiet kbar mill-Juventus Club Vero Amore fl-okkażjoni tal-50 sena anniversarju

      18 ta’ Mejju 2025

      Sport

      Table Football: George Ebejer finalist fil-Belġju

      17 ta’ Mejju 2025

      Sport

      Kowċies ta’ Siġġiewi Rowing Club jiksbu ċertifikazzjoni fil-Qdif Paralimpiku

      17 ta’ Mejju 2025

      Spiżeriji

      Ara liema spiżeriji ħa jkunu miftuħa Ħdud u festi

      27 ta’ Frar 2025

      Aħbarijiet

  • Lifestyle
    • Televiżjoni Radju Divertiment Kurżitajiet Aktar
      Lifestyle

      ONE b’xandira diretta mill-Vatikan għal bidu tal-Pontifikat ta’ Papa Ljun XIV

      17 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Awla dwar l-ewtanasja volontarja assistita se jerġa’ jixxandar is-Sibt wara nofsinhar

      16 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Aspetti kulturali, ambjentali u l-wirt marittimu waqt Mal-Moll ta’ din il-ġimgħa fuq…

      15 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Jitħabbru d-dati għall-awdizzjonijiet ta’ Liquorish 2026

      15 ta’ Mejju 2025

      Radju

      Donazzjoni ta’ €5,000 minn ONE Club b’risq l-istazzjonijiet ONE

      20 ta’ Diċembru 2024

      Radju

      ONE Radio 92.7fm – 60 programm differenti matul is-sajf

      2 ta’ Lulju 2024

      Radju

      Sandro Mangion bl-Ewropa ma’ belgħa kafè

      18 ta’ April 2024

      Radju

      ARA: Trio jingħaqdu għal programm speċjali lejlet il-Milied fuq l-istazzjonijiet ONE

      18 ta’ Diċembru 2023

      Divertiment

      ARA: Is-sitt semifinali ta’ Brillanti Singers bit-tema; Disco

      13 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      ARA: Il-ħames semifinali ta’ Brillanti Singers fuq ONE

      6 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      Tibda l-avventura ta’ Malta fil-konkors Miss World ta’ din is-sena

      6 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      Joven Grech Tenishia jippreżenta donazzjoni lill-YMCA Malta

      3 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Jitħabbru d-dati għall-awdizzjonijiet ta’ Liquorish 2026

      15 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Imut l-attur Joe Ciappara li rajnih waqt ‘Prezz l-Imħabba’ u ‘Għaqda Għoqda’…

      9 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Hayley Ghiller f’isem Malta għal Miss Supranational fil-Polonja

      5 ta’ Mejju 2025

  • DIRETT
  • ERĠA’ SEGWI
  • ONE | Play
  • Riklamar
  • KullĦadd

Il-mara b’determinazzjoni tal-azzar

minn ONE News 30 ta' Lulju 2017
minn ONE News 30 ta' Lulju 2017

Michelle Muscat – Mart il-Prim Ministru Dr Joseph Muscat, iżda wkoll mara ta’ determinazzjoni u saħħa mentali liema bħalhom, bl-isport tal-għawm jixprunaha biex tikseb din is-saħħa, li twassalha wkoll biex tmexxi organizzazzjonijiet filantropiċi fosthom il-Marigold Foundation u Special Olympics Malta. Proprju nhar is-Sibt 22 ta’ Lulju, hija rebħet l-isfida li tgħum xejn inqas minn għaxar kilometri, eżattament mit-Torri tal-Għallis sal-Port ta’ Marsamxett, f’għawma li ngħatat l-isem ta’ North to Port bil-fondi kollha miġbura jmorru għal Marigold Foundation.

Iddeskrivi l-esperjenza tal-għawma ta’ għaxar kilometri li għamilt ftit tal-jiem ilu f’ġieħ il-Fondazzjoni Marigold.

Din kienet l-itwal għawma li jiena għamilt s’issa. Kienet twila għaxar kilometri. Kienet distanza iebsa mhux ħażin u f’dan il-każ diversi fatturi jilagħbu parti importanti. Fost l-oħrajn iddum iktar fl-ilma, trid taddatta għat-temperatura tal-baħar, hemm taħriġ intensiv u l-fatt illi din kienet itwal kienet għawma ferm varjata minn ta’ qabel, fejn il-kosta nnifisha tipprovdi esperjenzi differenti u sfidi differenti matul l-għawma. Ir-riħ u l-kurrenti mhumiex kostanti u allura trid taddatta ruħek għal realtajiet differenti li tkun qed taffaċċja.

Meta tkun qed taqdef ħafna drabi għajnejk ikunu ’l isfel u għalhekk ma tkunx qed tara dejjem id-direzzjoni t-tajba. Meta int titla’ ’l fuq biex tieħu n-nifs trid tagħti kas ta’ fejn int sejra. Din kienet sfida kbira f’din l-għawma speċjalment għax ma konniex qegħdin f’linja dritta. L-isfida vera però tkun dakinhar li nippruvaha l-ewwel darba fejn ma jkollok l-ebda għajnuna min-nies fid-dgħajjes u fejn ma tkunx għadek taf intix kapaċi tasal. L-għawma għamiltha erba’ darbiet b’kollox, jiġifieri b’kollox għomejt mal-40 kilometru. Kull darba kienet esperjenza differenti.

Barra milli tkun ippreparata fiżikament, kemm hu importanti li tkun ukoll lesta psikoloġikament għal din l-isfida?

Fil-fatt huwa importanti ħafna li tkun ippreparata psikoloġikament għal għawma bħal din. Fiżikament tista’ tkun tajba, iżda jekk mentalment ma tpoġġix moħħok hemm u tipprepara għaliha ma tkunx faċli żgur.

F’moħħok dejjem trid iżżomm il-ħsieb li ħa tibda xi ħaġa u ser tispiċċaha kif ukoll xi ostakli li tkun se tiltaqa’ magħhom waqt l-għawma. Trid tkun lesta anke għal xi ħaġa li tista’ tinqala’ bħal meta tibdel goggle u anke l-klima u t-temp.

Din is-sena peress li l-għawma għamiltha f’Lulju, it-temperatura tal-baħar kienet tvarja u għalhekk ridt nilbes libsa tal-għawm li tilqa’ għax-xemx tiżreġ li jkollok fuq dahrek u fl-istess ħin iżżommok f’temperatura komda.

Iltqajt ma’ xi bram int u tgħum matul din id-distanza?

Iva kien hemm xi ftit tal-bram għalkemm mhux daqs is-sena l-oħra fejn rajt ħafna minnhom fil-postijiet li għaddejt minnhom. Il-bram ma tantx jagħmlulek il-ħajja faċli għax int tul l-għawma tipprova tevitahom u huwa għalhekk illi int tilbes ilbies addattat sabiex tevita li jniggżuk però ħafna drabi dan l-ilbies stess itellfek milli tgħum sew bi speed addattat minħabba it-toqol żejjed li jkollok.

Persuna oħra li kelli ċ-ċans nintervista, Anna Calleja, iddeskrivietek bħala mara b’determinazzjoni kbira. Minn fejn jirnexxilek iġġib dan il-kuraġġ kollu?

Il-ħajja tinbidel kontinwament u bħalissa ninsab f’fażi fejn bħala persuna nista’ nagħti kontribut sħiħ għal min verament għandu bżonn.

Anna Calleja hija persuna b’qalb kbira illi tgħix għal dawn il-persuni b’diżabilità u tara li jkunu ferħanin. Jien għandi għal qalbi il-Fondazzjoni Marigold u kburija li jien parti minn dan il-kumitat li tant jaħdem għal persuni vulnerabbli fis-soċjetà tagħna.

Kburija wkoll bix-xogħol illi jagħmlu Special Olympics Malta, illi jagħmlu minn kollox sabiex jgħinu lil persuni b’diżabilità jintegraw u jieħdu pjaċir jipparteċipaw fl-isport li jħobbu.

Niftakar b’għożża kbira meta sentejn ilu ngħaqadt mal-kontinġent Malti fil-World Games ta’ Special Olympics li kienu saru f’Los Angeles. Kienet sfida kbira biex ittella’ kontinġent imdaqqas ta’ nies għal dan l-avveniment. Kont ferm kuntenta u fl-istess ħin kburija li bl-ewwel għawma tiegħi tal-2015 kien irnexxielna intellgħu lil dan il-kontinġent. Dik is-sena, fl-2015 kienet l-ewwel sfida personali tiegħi fejn kont ispirata minn dawn l-atleti li għalkemm f’ħajjithom għandhom diversi sfidi, xorta jirnexxilhom isiru atleti ta’ vera.

X’inhu r-rwol tiegħek fi Special Olympics?

Jien nokkupa l-kariga ta’ President ta’ Special Olympics. Din l-għaqda kienet prijorità ewlenija tiegħi f’dawn l-aħħar snin sabiex naraha tkompli tissaħħaħ u tikber dejjem aktar. Ovvjament Special Olympics huwa l-proġett ta’ Anna Calleja illi hija d-Direttur Nazzjonali ta’ din l-għaqda u li taħt il-kordinazzjoni tagħha jsir ix-xogħol mal-atleti kollha membri, flimkien mad-diversi voluntiera li mingħajrhom Special Olympics kieku ma taħdimx.

Dawn it-tfal u ż-żgħażagħ illi għandhom bżonnijiet speċjali kemm jispirawk lilek bħala persuna fil-ħajja ta’ kuljum?

Dawn il-persuni li semmejt lili jispirawni l-ħin kollu għax dawn l-istess nies għandhom sfidi kemm fiżiċi kif ukoll mentali li xejn mhuma faċli li tgħix bihom. Madankollu dawn il-persuni ma jaqtgħu qalbhom qatt anzi tarahom dejjem bit-tbissima kull fejn ikunu. Huma nies li jafu jħobbu tassew u jafu jgħixu wkoll.
Meta tiltaqa’ mal-ġenituri tagħhom tinduna kemm verament jgħożżu lil dawn l-anġli.
Meta dawn l-istess ġenituri jiġu għand Special Olympics għall-bidu bħal qisu jaqtgħu qalbhom u jibdew isaqsu jekk it-tifel jew it-tifla tagħhom ikunux kapaċi jidħlu għal dawn l-isfidi.

Meta mbagħad jersqu lejna, dawn il-persuni jgħaddu minn programm ta’ taħriġ illi apparti li jtejjeb il-livell fiżiku tagħhom, itihom ukoll ċertu grad ta’ indipendenza li kapaċi jfendu għal rashom.

Għalhekk meta persuna tiġi għandna filli tkun fil-fosdqa tal-ġenituri u filli tkun kapaċi tfendi għal rasha. Il-ġenituri japprezzaw dan kollu għax kapaċi nagħtuhom id-differenza li tant ikunu mixtieqa għaliha. Meta nsiefru għal dawn l-attivitajiet, dawn it-tfal u ż-żgħażagħ jiltaqgħu ma’ nies barranin bħalhom u din l-esperjenza jibqgħu jġorruha matul ħajjithom kollha.

Nammira ħafna lil dawk il-voluntiera li jaħdmu ma’ dawn il-persuni u tarahom ukoll kull tmiem il-ġimgħa joħorġuhom sabiex jagħtuhom ukoll dak is-sens ta’ indipendenza mill-familja.

Nista’ niddikjara li grazzi għal din l-NGO, il-ġenituri qed jaraw lil uliedhom jibdew ħajja ġdida u din hija fażi kruċjali ħafna għalihom fejn qed issir bidla sħiħa għall-aħjar.

Dawn l-istess ġenituri jkollhom ukoll il-mument ta’ mistrieħ tagħhom filwaqt illi jafu li wliedhom jinsabu f’idejn tajba u li hemm min jieħu ħsiebhom b’mod tajjeb ferm.

X’inhi l-ħidma proprja ta’ The Marigold Foundation?

Din il-fondazzjoni hija Umbrella Foundation fejn il-ħidma primarja tagħha hi li tgħin lil NGOs oħrajn li diġà jeżistu u li jaħdmu qatigħ imma li jkollhom bżonn ta’ vuċi aktar qawwija sabiex isemmgħu leħinhom. Ħafna drabi dawn l-NGOs ikunu qegħdin jimmilitaw sabiex jagħtu għarfien dwar kawżiet differenti. Eżempju l-kawża tal-awtiżmu rnexxielna ntellgħuha fuq livell Nazzjonali fejn sa ftit tas-snin ilu ftit kien jissemma l-awtiżmu jew inkella kien jiġi evitat u issa l-poplu Malti sar aktar konxju minn din il-kawża.

Saħansitra din it-tema ġiet diskussa wkoll fil-Parlament u dan huwa sinjal tajjeb li anke bħala mentalità lejn dawn in-nies, il-poplu miexi ’l quddiem.
Apparti minn hekk aħna bħala fondazzjoni ngħinu lil diversi assoċjazzjonijiet li jimmilitaw fuq kawżi oħrajn bħal mard rari, mard mentali, kanċer, tfal vulnerabbli, vizzji u abbużi, diżabilità, edukazzjoni u illitteriżmu u ħafna għaqdiet oħra fil-komunitajiet tagħna.

Kemm tqis illi l-isport huwa importanti għall-ħajja tal-bniedem?

L-isport huwa fundamentali għall-ħajja tal-bniedem minħabba diversi fatturi. Jien illi nipprattika l-għawm, fejn qabel dan l-isport kont narah biss bħala passatemp, illum il-ġurnata qed nieħdu bis-serjetà.

Illum nista’ nqis ruħi bħala sportiva u għalhekk sirt napprezza dejjem aktar is-sagrifiċċji u anke l-almu li jagħtu l-isportivi lejn l-isport li tant iħobbu.

Dawn l-istess sportivi xorta jridu jmorru għax-xogħol u fl-istess ħin iridu jagħmlu l-ħajja ta’ kuljum tagħhom filwaqt illi jitħarrġu fl-isport illi jipprattikaw. Din hija sfida kbira biex tibbilanċja l-affarijiet differenti f’ħajtek.

Il-fatt li int il-mara tal-Prim Ministru, kif inbidlet ħajtek minn dak iż-żmien?

Inbidlet xi ftit minħabba l-fatt li żdiedu iktar ix-xogħol u l-impenji kemm personali kif ukoll uffiċjali. Meta bdejt nagħmel din l-għawma jien kont diġà f’dan ir-rwol allura tista’ taħseb kemm trid tlaħħaq ma’ affarijiet u timmaniġja ħinek bil-għaqal.

Semmejt l-impenji li kellek. Waqt il-kampanja elettorali bqajt għaddejja xorta bl-għawm?

Iva, bqajt għaddejja bit-taħriġ għax kont determinata li jiġri x’jiġri f’ħajti din l-għawma kelli nagħmilha. Ma kinitx xi ħaġa faċli.

Kelli pressjoni kbira fuqi għax ridt inlaħħaq ma’ dawn l-affarijiet kollha nkluż mal-familja.

Madankollu nemmen ferm f’din l-attività filantropika u kien dan kollu li tani s-saħħa biex nagħmilha. Kuntenta li dak li emmint fih seħħ.

Il-fatt illi Joseph Muscat huwa wkoll sportiv, fejn anke hu waqt il-kampanja elettorali kien imur il-gym, kemm jispirak?

Joseph jispirani ħafna bħala persuna. Il-kurżità hija li t-tnejn li aħna nqumu ta’ kull filgħodu u nibdew b’ attività fiżika fejn anke fix-xhur tax-xitwa hu jilbes x-xorts u jien nilbes il-malja. Jien imbagħad immur inwassal it-tfal l-iskola u nipprova nsib iċ-ċans għat-taħriġ tiegħi.

Il-fatt illi r-raġel tiegħi jittrenja jagħtini l-kuraġġ biex inkompli għaddejja bit-taħriġ tiegħi. Għalkemm hu ma jħobbx il-baħar però dejjem iħeġġiġni biex nagħmel dak li nħobb u ninsab grata lejh li jibqa’ jissapportjani.

Min-naħa l-oħra jien jekk niddeċiedi li nagħmel xi ħaġa nagħmilha b’serjetà kbira u kien għalhekk li sena wara sena rnexxieli nżid id-distanza.

Semmejna l-kampanja elettorali. B’xorti ħażina saru wkoll xi attakki personali anke lejk. Kif għextu dan il-perjodu li xejn ma kien faċli għalik?

Kien żmien diffiċli ħafna għall-familja tagħna. Madankollu dak iż-żmien kont qed nikkonċentra fuq din l-attività tal-għawm ukoll u allura b’xi mod dejjem iffukajt biex nibqa’ pożittiva u naħdem għal dak li nemmen fih.

Dan it-taħriġ servieni wkoll mentalment sabiex inżomm kalma minkejja kull għawġ illi kien qed jiġri. Nemmen li kwalunkwe sport jista’ jkun il-mediċina għal stress żejjed u problemi mentali.

Anke mixja tista’ tkun ta’ benefiċċju għall-ġisem u dan iservi ferm ta’ ġid aktar milli nibqgħu d-dar ninkwetaw jew naħsbu b’mod negattiv fuq dak li jista’ jiġri.

Il-fatt illi int il-mara tal-Prim Ministru, f’pajjiż żgħir bħal Malta fejn kulħadd jaf lil kulħadd, taraha bħala pressjoni?

Inħossha xi ftit speċjalment meta tkun mat-tfal u tkun qed tagħmel il-qadi u l-ġiri personali tiegħek. Però jien in-nies nieħu pjaċir niltaqa’ magħhom u nkellimhom, allavolja mbagħad ħafna drabi nasal tard fejn inkun sejra.

Nixtieqek tgħaddi messaġġ, bħala mara daqshekk determinata, lin-nies vulnerabbli fis-soċjetà tagħna li forsi qed jaqtgħu qalbhom mill-ħajja ta’ kuljum.

Qatt m’għandek taqta’ qalbek fil-ħajja u għandek dejjem tipprova tħares lejn il-pożittiv. Ħajtek hija kif tagħmilha int. Ħadd mhuwa ser iġiblek il-ħajja kif tixtieqha int lesta fuq platt. Kulħadd għandu l-isfidi personali tiegħu, imma l-motto tiegħi hu: ‘When the going gets tough, the tough get going’.

TAGS michelle muscatPrim Ministru
  • Facebook
  • WhatsApp
  • Twitter
  • LinkedIn
  • Copy Link
Avatar photo
ONE News

Stay Connected on Subscribed

Aktar Artikli

  • Hibernians jirbħu l-Meridianbet FA Trophy għall-11-il darba

    19 ta' Mejju 2025
  • Kevin Cassar jerġa’ jiftħilha kontra Alex Borg… jgħid li l-aġir tiegħu juri li m’għandux rispett lejn id-demokrazija 

    18 ta' Mejju 2025
  • Il-PN ikompli jqarraq dwar Ħal Għargħur … anke b’vox pop mal-istess nies li fixklu l-laqgħa l-Erbgħa

    18 ta' Mejju 2025
  • Imtellgħa s-37 laqgħa tal-Commonwealth għall-Ministri tas-Saħħa

    18 ta' Mejju 2025
  • Il-bidu tal-Pontifikat ta’ Papa Ljun XIV

    18 ta' Mejju 2025
  • ABOUT US
  • CONTACT US
  • ADVERTISE
  • SERVICES
  • PRIVACY POLICY
Manage Cookies
  • Facebook
  • Instagram
  • Youtube
Stay Connected on Subscribed

© 2021. All Rights Reserved. ONE Productions Ltd. Developed by iSupport™

We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. You can revoke your consent at any time.

We use cookies on our website to give you the most relevant experience by remembering your preferences and repeat visits. By clicking “Accept”, you consent to the use of ALL the cookies. However you may visit Cookie Settings to provide a controlled consent.
Cookie settingsACCEPT
Manage Cookies

Privacy Overview

This website uses cookies to improve your experience while you navigate through the website. Out of these, the cookies that are categorized as necessary are stored on your browser as they are essential for the working of basic functionalities of the website. We also use third-party cookies that help us analyze and understand how you use this website. These cookies will be stored in your browser only with your consent. You also have the option to opt-out of these cookies. But opting out of some of these cookies may affect your browsing experience.
Necessary
Always Enabled
Necessary cookies are absolutely essential for the website to function properly. These cookies ensure basic functionalities and security features of the website, anonymously.
CookieDurationDescription
_ga24 monthsThis cookie is installed by Google Analytics. Registers a unique ID that is used to generate statistical data on how the visitor uses the website.
_gid24 hoursRegisters a unique ID that is used to generate statistical data on how the visitor uses the website.
cookielawinfo-checbox-analytics12 monthsThis cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookie is used to store the user consent for the cookies in the category "Analytics".
cookielawinfo-checbox-cookielawinfoconsent12 monthsThis cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookies are used to store the user consent for the cookies in the category "consent"
cookielawinfo-checkbox- cli_user_preference12 monthsThis cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookies are used to store the user consent for the cookies in the category "preference"
cookielawinfo-checkbox-necessary12 monthsThis cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookies are used to store the user consent for the cookies in the category "Necessary".
viewed_cookie_policy12 monthsThe cookie is set by the GDPR Cookie Consent plugin and is used to store whether user has consented to the use of cookies. It does not store any personal data.
Analytics
Analytical cookies are used to understand how visitors interact with the website. These cookies help provide information on metrics the number of visitors, bounce rate, traffic source, etc.
Save & Accept